Futbol Sport

Dikjarazzjoni minn Carrick dwar il-futur tiegħu

Il-kuntratt ta' Carrick jintemm fi tmiem l-istaġun

Michael Carrick tkellem dwar il-futur tiegħu hekk kif qal li probabilment jirtira jekk ma jkunx offrut kuntratt ġdid minn Manchester United fis-sajf. Carrick li għandu 35 sena, ilu mar-Red Devils minn meta ngħaqad minn ma’ Tottenham f’Lulju tal-2006 u l-kuntratt ta’ sena tiegħu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju.

L-internazzjonali Ingliż se jkollu logħba testimonjali f’Old Trafford. Carrick li f’dan l-istaġun lagħab 22 logħba ma’ Manchester United, qal li mhux se jiċċaqlaq biex jilgħab ma’ klabb Ingliż ieħor. Hu qal li ma jistax jimmaġina lilu nnifsu jilgħab ma’ xi ħadd ieħor, ċertament.

Ma’ Manchester United, Carrick lagħab fuq 400 logħba, urebaħ ħames kampjonati, Champions League, l-FA Cup u tliet darbiet l-EFL Cup, u hu t-tieni l-aktar plejer li ilu mal-klabb wara Wayne Rooney.