Lokali

FILMAT: Studenti bniet jistaqsu dwar il-karrieri futuri tagħhom

Aktar minn 1,000 tfajla minn 15-il skola tal-bniet ipparteċipaw matul il-ġurnata.

Għal dawn l-aħħar għexieren ta’ snin il-mara kienet qed tingħata sapport kontinwu sabiex issib postha fid-dinja tax-xogħol. Sabiex jiġu nċentivati t-tfajliet żgħar ttellgħet il-ħames konvenzjoni li tati għarfien u gwida lill-istudenti tfajliet dwar il-futur tagħhom fid-dinja tax-xogħol.

Fil-Careers Convention li ttellgħet fl-MFCC f’Ta’ Qali, aktar minn 1,000 tfajla minn 15-il skola tal-bniet ipparteċipaw matul il-ġurnata. L-istudenti kellhom l-opportunità li jitkellmu ma’ nisa ġejjin minn oqsma u professjonijiet differenti.

Netnews.com.mt tkellem ma’ Stephanie Falzon, waħda mill-organizzaturi ta’ din l-attività u spjegatilna l-għan wara din l-attività. Hi qalet li din il-konvenzjoni qed issir bil-għan li l-istudenti bniet ikollhom l-opportunità li jiskopru karrieri oħra lil hinn minn dawk ġenerali.

Għal din il-konvenzjoni kien hemm numru ta’ nisa li kienu hemm sabiex joffru gwida lill-istudenti u jirrispondu l-mistoqsijiet varji tat-tfajliet. Tkellimna wkoll ma’ Sister Martine Cauchi li gradwat fis-social care u qed tuża dak li tgħallmet sabiex tieħu ħsieb lit-tfal fid-dar residenzjali tata-tfal tal-Ursolini.

Id-deputati Nazzjonalista Claudette Buttigieg u Kristy Debono wkoll kienu hemm sabiex jirrispondu xi kurżitajiet dwar il-ħajja tal-politiċi nisa f’Malta, kif u kemm jiddedikaw ħin għax-xogħol u għall-familja.