Futbol Sport

Jerġa’ jiġi pospost il-ftehim biex Berlusconi jbigħ il-klabb ta’ Milan liċ-Ċiniżi

Silvio Berlusconi għadu qed jistenna li jintlaħaq il-ftehim biex ibigħ il-klabb

Il-futur tat-tmexxija ta’ Milan għadu inċert hekk kif il-ġurnata tant mistennija tal-lum dwar il-bejgħ tal-klabb, se tkun posposta. Ftiti tal-ħin ilu saret il-laqgħa bejn ix-shareholders tal-klabb fejn hu mistenni li ssir uffiċjali dak li kien qed jingħad fl-aħħar jiem, Iċ-Ċiniżi Sino-Europe Sports li jridu jixtru l-klabb, se jkunu qed jitolbu estensjoni oħra ta’ bejn 30 u 40 ġurnata oħra, b’kapparra ta’ €100 miljun sal-10 ta’ Marzu.

Iżda teżisti possibbiltà li l-President ta’ Milan Silvio Berlusconi jitlob it-€320 miljun kollha tal-10 ta’ Marzu, hekk kif jidher li qed jiddejjaq bil-posponimenti kontinwi. Fost l-ispekulazzjoni, qed jissemma wkoll li jista’ jkun hemm konsorzju kollu Taljan biex jidħol fit-tmexxija tal-klabb. Berlusconi li hu s-sid ta’ Finivest, għandhom 99.93% tal-klabb ta’ Milan.

Fi tmiem il-laqgħa li saret f’Casa Milan, tkellem l-ewwel l-amministratur delegat ta’ Milan Adriano Galliani fejn qal li qed jiġi evalwat il-bejgħ tal-klabb fi ftit żmien, iżda kkonferma li dak li qed jissejjaħ il-“closing” mhux se jsir illum.