Futbol Sport

L-appell ta’ Hibernians miċħud

Ritratt ta' Dominic Borg mil-logħba li fiha Hibernians protestaw

Aħbar negattiva għal Hibernians hekk kif l-appell li resqu aktar kmieni din il-ġimgħa ma ntlaqax. Hibernians kienu pprotestaw minħabba li sostnew li l-gowlkiper Batusila Kambala ma kienx eliġibbli li jilgħab fil-partita. Għalhekk ir-riżultat ta’ 3-3 tal-partita li ntlagħbet is-Sibt li għadda se jibqa’ kif inhu.

Dakinhar Hibernians kienu marru fil-vantaġġ wara ħames minuti b’gowl ta’ Jurgen Degabriele, iżda reazzjoni immedjata minn Ħamrun wasslet biex dawru l-iskor b’gowls ta’ Brandon Paiber minn penalty u Leandro Motta dos Santos. Hibernians kienu ġabu d-draw f’nofs l-ewwel taqsima minn free-kick ta’ Gilmar u marru fil-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima b’gowl ieħor ta’ Jurgen Degabriele. Massimiliano Giusti ġab id-draw għal Ħamrun fid-69 minuta.

B’hekk Hibernians baqgħu fit-tieni post tal-klassifika punt taħt Balzan b’47 punt, filwaqt li Ħamrun Spartans jinsabu fit-tmien post b’27 punt.