Futbol Sport

Miżura kontra l-hooligans fl-istadiums għat-Tazza tad-Dinja tal-2018

Ritratt mill-edizzjoni tal-Euro 2016

Il-partitarji li se jattendu t-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla se jkollhom bżonn karta tal-identità speċjali, f’mossa biex jiġi missielet il-problema tal-hooligans fil-pajjiż. Fl-Euro 2016, kien hemm ġlied bejn partitarji Russi u Ingliżi f’Marseille.

Ir-Russja se toħroġ karti tal-identità li bihom ikunu jistgħu jidħlu fl-istadiums filwaqt li jistgħu jservu wkoll ta’ visa biex jidħlu fil-pajjiż.

Id-direttur tal-kompetizzjonijiet tal-FIFA Colin Smith qal li se jkunu ċerti li se jkun festival ta’ futbol u m’hemm l-ebda post għal nies li mhux se jagħtu s-sapport lill-isport jew il-logħba. Ir-Russja kienu mmultati filwaqt li ngħataw skwalifikazzjoni sospiża mill-UEFA wara li l-partitarji tagħhom kienu nvoluti fi ġlied fl-aħħar edizzjoni tal-Euro. Il-President tal-FIFA Gianni Infantino qal li mhux inkwetat bit-theddida li l-hooligans jistgħu jħallu impatt fit-tournament tas-sena d-dieħla.

Din is-sena f’Ġunju, se ssir it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fejn it-tournament se jintlagħab f’erba’ mill-11-il belt tat-Tazza tad-Dinja. Il-kompetizzjoni tinvolvi tmien timijiet inklużi l-organizzaturi u ċ-Champions tad-Dinja l-Ġermanja.