Lokali

RITRATT: L-eks kandidat laburista li se jmexxi l-inkjesta

L-eks kandidat laburista John Vassallo
Kien kandidat tal-Partit Laburista fl-1981 u l-1987

Dan li qed taraw huwa l-materjal ta’ propaganda mibgħut mill-avukat John Vassallo fl-1987 meta ikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ sostna li bħal Frank Testa, John Vassallo hu wkoll viċin il-klikka korrotta ta’ Kastilja, tant li, minbarra li kien kandidat tal-Partit Laburista fit-tmeninijiet, ftit tal-jiem ilu, l-istess Kastilja ħatritu Deputy Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet.

F’dan il-każ gravissimu sostna l-Partit Nazzjonalista, statement dwar traffikar tad-droga nbidel wara l-intervent ta’ żewġ politiċi tal-Gvern ta’ Muscat.

Bil-ħatra ta’ John Vassallo, Muscat qed juri li assolutament ma jridx li ssir inkjesta serja u indipendenti iżda inkjesta paraventu li tagħtih ir-riżultat li jrid, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.

L-avukat Vassallo mal-eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici