Internazzjonali Kurżitajiet

Is-sid ta’ Snapchat isir biljunarju f’inqas minn 6 snin

Evan Spiegel - Il-fundatur ta' Snapchat
Il-kumpanija, li hi bbażata f'Los Angeles fl-Amerika, tiswa aktar minn €28.5 biljun.

Evan Spiegel, ta’ 26 sena qed jitqies bħala wieħed mill-ewwel biljunarji li twieldu fid-disgħinijiet. Evan huwa s-sid tal-app ‘Snapchat’. Filfatt il-kumpanija, li hi bbażata f’Los Angeles fl-Amerika, tiswa aktar minn €28.5 biljun.

L-app ‘Snapchat’ bdiet tiffunzjona mhux iktar minn sitt snin ilu waqt li Evan kien għadu stutdent fl-Università ta’ Stanford. Din l-app tħalli lil dawk li jużawha jieħdu ritratt jew filmati, jibgħatuhom lil sħabhom iżda jitħassry awtomatikament la darba l-persuna li tirċivihom tkun rathom.

Apparti minn hekk, din l-app tagħti wkoll l-opportunità lil min jużaha sabiex ibiddel wiċċu jew wiċċha għal xi ħaġa tad-daħq, kemm wċuh koroh u anki karattri differenti.