Futbol Sport

Uffiċjali Maltin se jikkontrollaw logħba fil-Kosovo

Il-ġimgħa d-dieħla, l-uffiċjali lokali se jmorru l-Kosovo għall-ewwel darba biex jikkontrollaw logħba mill-ogħla kampjonat tal-pajjiż filwaqt li l-uffiċjali tal-Kosovo se jiġu Malta biex jikkontrollaw logħbiet mill-Kampjonat BOV Premier.

Għada, ir-referee Elite Philip Farrugia flimkien mal-assistent referee tal-FIFA Christopher Francalanza, l-assistent referee Elite William Debattista u r-referee Elite Etienne Mangion li se jkun ir-raba’ uffiċjal, se jikkontrollaw il-logħba mis-Superliga bejn il-liders KF Trepca 89 u KF Ferizaj li se tintlagħab fil-Mitrovice Stadium fis-1.00pm. Adrian Azzopardi se jkun ir-referee observer tal-uffiċjali mill-Kosovo fil-logħba bejn KF Liria u KF Besa.