Lokali

Aktar minn €900,000 miġbura għall-ALS Malta

Bjorn Formosa

Aktar minn €900,000 inġabru fi tliet siegħat b’risq l-ALS Malta. Il-flus inġabru waqt edizzjoni speċjali ta’ Xarabank, li baqa’ għaddej wara l-ħin normali tal-programm.

Il-protagonist waqt il-programm kien Bjorn Formosa, il-fundatur tal-ALS Malta, u persuna li hu stess ibati mill-marda tal-ALS. L-ALS hija marda deġenerattiva li tnaqqar mill-ħajja tal-persuna ftit ftit sakemm in-nervituri kollha tal-ġisem ma jibqgħux jiffunzjonaw.

Il-flus se jkunu qed imorru biex l-ALS Malta tkun tista’ tibni dar apposta għal persuni morda bl-ALS. Matul il-programm, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jkun qed jiffinanzja l-istaff u t-tmexxija ta’ din id-dar.

Fi tmiem il-programm, Bjorn Formosa, akkumpanjat mill-mara tiegħu Maria, irringrazzjaw lill-poplu Malti għall-ġenerożita’ tiegħu.