Lokali Saħħa

Awdjo: Il-pazjent qed jingħata l-ġenb

Diversi persuni li tkellmu ma’ Net News ilmentaw bis-sitwazzjoni preżenti fis-settur tas-saħħa, hekk kif kull ma jmur il-pazjent mhux jingħata l-widen kif suppost, u mhux jigi stmat.

Persuna partikolari qaltilna li kien immisha appuntament tal-vista tal-Podiatric Assesment fil-poliklinika tal-Floriana, test marbut mal-kura tas-saqajn li huwa importanti għal min għandu problema fin-nervituri minhabba d-dijabete, iżda madanakollu meta marret għall-appuntament, qalulha li l-makkinarju taċ-check-up mhux jaħdem u għalhekk talbuha biex tmur fil-poliklinika ta’ Birkirkara.

Meta marret Birkirkara, qalulha li ma kienux jafu biha u li mhux suppost marret hemm. U tul il-ġurnata li għamlet dan, dan ma kienx l-unika każ tagħha, hekk kif kienu l-ħafna li suppost kellhom dan it-test fil-Floriana u ntbagħtu Birkirkara. Fil-ġimgħat li għaddew il-Ministru Chris Fearne kien ftaħar li din il-klinika nfetħet f’Birkirkara biex tkun ta’ prijorità lill-kura tas-saqajn.

Il-persuna qaltilna li fis-snin preċidenti dan it-test kien idum aktar minn dak li sar fuqha din is-sena. Infatti din mhux xi ħaġa li ġrat lilha biss… u għalhekk qed tibża li dan it-test ma sarx kif suppost.

Nuqqas ta’ komunikazzjoni li poġġiet aktar pressjoni fuq il-pazjent. Fejn il-pazjenti wkoll ma’ ġewx infurmati li l-magna kienet bil-ħsara.

L-inċertezza fis-settur tas-saħħa kull ma jmur qed tiżdied wara li numru ta’ sptarijiet kienu privatizzati. Pazjenti qalulna li dan qed iwassal biex is-servizz kull ma’ jmur qed imur lura.