Internazzjonali Kurżitajiet

Filmat: Jirbaħ l-imħatra iżda jitlef ħajtu

$630 sarfu f’ħajtu – Imut wara li xorob flixkun tequila f’imhatra

Kelvin Rafael Mejía, 23, li ħa sehem f’imħatra li jixrob flixkun sħiħ tat-tequila jmut wara li ħassu ħażin eżatt wara li xorob il-flixkun tal-alkoħol.

L-imħatra kienet fuq li jekk jirnexxielu jixrob il-flixkun kollu, sħabu jtuh $630.

Iżda malli huma marru jiċċelebraw miegħu wara li rebaħ l-isfida u tawh il-flus ir-raġel jaqa’ mal-art mitluf minn sensih. Ftit wara huwa jitlef ħajtu fl-istabbiliment tad-divertiment li kien qiegħed fih.

Segwi aktar fil-filmat t’hawn fuq.