Illum fil-Limestone Heritage fis-Siġġiewi se ssir il-Gladiators Fight Night 16 b’total ta’ 11-il ġlieda.
F’din is-serata, se jkun hemm taqbidiet lokali kif ukoll internazzjonali fejn il-Maltin se jiġġieldu kontra ġellieda Żvediżi u Taljani. Il-ġlidiet huma tal-kickboxing u K1.
L-aktar ġlieda mistennija hi dik bejn Keith Azzopardi u Ashley Beam fejn għal Azzopardi, din se tkun l-ewwel ġlieda tiegħu bħala ġellied professjonali.
Il-bibien jinfetħu fis-7.00pm, bl-ewwel ġlieda ssir fit-8.00pm. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq in-numri 79098181/79208283 jew 79888686.
//= $special ?>