Lokali

RITRATT: Minibus tieħu n-nar fil-Mosta

Minibus tieħu n-nar fi triq iż-Żejfa l-Mosta

Għall-ħabta tal-11:30a.m. minibus ħadet in-nar waqt li kienet qed tiġi rmunkata fil-Mosta.

Jirriżulta, li l-minibus, li kienet qed tiġi rmunkata minn trakk fi Triq iż-Żejfa, għal xi raġuni ħadet in-nar.

Fuq il-post marru Pulizija u membri tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.