Futbol Sport

Roma jitilfu f’darhom kontra Napoli

Mertens ta' Napoli skurja tnejn kontra Roma

Fl-aktar logħba mistennija fl-istadio Olimpico, quddiem aktar minn 31,000 spettatur, illum Roma tilfu 2-1 f’darhom kontra Napoli.

Iż-żewġ timijiet kienu qed jittamaw li jwettqu reazzjoni wara li Roma tilfu kontra r-rivali Lazio fil-Coppa Italia u Napoli tilfu kemm kontra Juventus fil-Coppa Italia u ġimgħa ilu kontra Atalanta fil-kampjonat.
Kienu Napoli li fetħu l-iskor fis-27 minuta b’gowl ta’ MERTENS li għeleb lil Szczesny wara li rċieva pass mingħand Hamsik.

Hekk kif bdiet it-tieni taqsima reġa’ kien l-attakkant Belġjan MERTENS li sab ix-xibka billi qabbeż il-ballun minn fuq Szczesny. Ħames minuti qabel tmiem il-logħba Roma kienu sfortunati meta laqtu l-lasta permezz ta’ Salah u proprju fid-90 minuta naqqsu d-distakk b’gowl ta’ STROOTMAN.

It-tim ta’ Spalletti kien sfortunat meta fil-ħin miżjud Reina għamel save kbir bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel jispiċċa f’corner.

B’Roma issa jinsabu fit-tieni post b’59 punt u warajhom Napoli fit-tielet post b’57 punt.