Lokali

Tanker jinħataf waqt li kien fi triqtu lejn Malta; 11 jinżammu ostaġġi

Il-pożizzjoni tat-tanker skont is-sit marinetraffic.com

Tanker li kien fi triqtu lejn Malta, inħataf minn sitt irġiel armati. It-tanker, Haci Telli, li jtajjar bandiera Torka, telaq mill-post ta’ Tuzla fit-Turkija fil-11 ta’Frar li għadda u kien fit-triq lejn Malta, iżda fl-24 ta’ Frar inħataf fil-Libja waqt li kien qed jingħata ż-żejt.

It-Tanker ġie Malta diversi drabi.

L-irġiel armati, għamluha ta’ uffiċjali tas-sigurta’ u telgħu abbord il-vapur u f’dan il-mument ħatfu t-tanker u żammew il-membri tal-ekwipaġġ, 11 b’kollox, bħala ostaġġi.

L-irġiel qed jgħidu li ħatfu t-tanker għax il-kumpanija li kriet il-bastiment maħtuf għandha dejn ta’ aktar minn 400,000 dollaru Amerikan ma’ port Libjan għal żejt li kien inxtara qabel.

It-Tanker maħtuf li kien fi triqtu lejn Malta