Futbol Kurżitajiet Sport

Jisirqulu d-dar waqt li kien fl-Alpi

Ir-ritratt li tpoġġa fuq Instagram minn John Terry
Il-ħallelin kienu jafu li fid-dar m'hemm ħadd għaliex Terry poġġa ritratt fuq Instagram mill-Alpi Franċiżi

Ritratt fuq Instagram swielu qares lill-captain ta’ Chelsea John Terry wara li ħallelin daħlu fid-dar tiegħu li tiswa’ 5 miljun lira sterlina. Qed jingħad li kien permezz ta’ Instagram illi l-ħallelin skoprew li fid-dar ma hemm ħadd. Dan għaliex nhar it-Tlieta li għadda John Terry poġġa ritratt tiegħu mal-mara waqt li kienu vaganza qasira fl-Alpi Franċiżi.

Il-villa lussuża ta’ Terry tinsab f’Surrey, ftit ‘il barra miċ-ċentru ta’ Londra.

Mhux magħruf eżatt kemm insterqu flus u oġġetti ta’ valur minn din il-villa. Qed jingħad iżda li s-serqa kienet tlaħħaq l-eluf.