Għall-ħabta ta’ nofsilejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, il-Pulizija ġew infurmati li seħħ argument ġewwa residenza fi Triq Mozzolla, San Pawl il-Baħar.
Jidher li seħħ argument bejn mara ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar u raġel ta’ 27 sena residenti l-Furjana. Il-Pulizija marret mal-ewwel fuq il-post tal-argument.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Ir-raġel ħarab min fuq il-post, iżda aktar tard ġie arrestat u ttieħed il-lockup ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>