F’intervent li għamel ftit tal-ħin ilu waqt il-maratona ġbir ta’ fondi, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, qal li aktar kmieni wara nofsinhar irċieva SMS mingħand s-CEO tal-Grupp DB, Arthur Gauci fejn talbu biex il-Partit Nazzjonalista jrodd lura l-flus li ngħatawlu minn dan il-grupp matul is-snin.
Arthur Gauci hu l-Kap Eżekuttiv tal-Grupp DB li ngħata l-art tal-ITS bi ftit miljuni biex tkun żviluppata f’lukanda.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ddeskriva dan l-SMS bħala theddida u għalhekk staqsa x’ingħata Joseph Muscat biex għadda l-art tal-ITS lill-grupp DB.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li dan kollu qed juri kemm hemm bżonn li titnaddaf il-politika f’dan il-pajjiż. Għalhekk il-poplu għandu f’idejh ċavetta importanti li tiddetermina l-futur tal-Pajjiż.
Simon Busuttil semma wkoll kif kmieni wara nofsinhar għamel kuntatt miegħu wieħed mill-Kapijiet taċ-Ċivil fejn spjegalu f’liema stat jinsabu fih illum. Qal li Gvern Nazzjonalista biss jista’ jsewwi l-ħsara li saret mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.
//= $special ?>