Il-Partit Laburista baqa’ ma għaddix il-lista ta’ donazzjonijiet finanzjarji li rċieva s-sena li għaddiet lill-kummissjoni elettorali, dan hekk kif il-Partit Laburista għadu ma rreġistrax il-Kummissjoni Elettorali.
B’kuntrast, il-Partit Nazzjonalista, l-Alternattiva Demokratika, Moviment Patrijotti Maltin u anke l-Partit Demokratiku, żammew mad-dati stipulati u ssottomettew il-lista tad-donazzjonijiet.
Il-liġi hi intiża biex tirregola donazzjonijiet u tagħmel lill-Partiti Politiċi iktar kontabbli u trasparetni. Madankollu l-Partit Laburista li tant saħaq fuq it-trasparenza sal-lum għadu ma rreġistrax.
Skont Kelliem għall-Partit Laburista, l-emendi neċessarji fl-istatut tal-Partit biex ikun jista’ jirreġistra mal-Kummissjoni Elettorali għadhom ma ġewx approvati, u se tkun konferenza ġenerali li se tapprova dan. Il-Kelliem tal-Partit Laburista qal li din il-konferenza mistennija titlaqqa’ fi żmien xahar.
Skont il-liġi, teżorier ta’ Partit Politiku li ma jippreżentax il-lista ta’ donazzjonijiet sa sittin jum wara tmiem is-sena jista’ jeħel multa li ma taqbiżx l-20,000 ewro.
//= $special ?>