Il-Partit Nazzjonalista mhux lest jinxtara, mhux għall-bejgħ u mhux fil-but ta’ ħadd. Dikjarazzjoni ċara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt l-attivita’ politika tal-Ħadd fil-Marsa.
Simon Busuttil stqarr dan b’rabta mal-każ tal-bejgħ tas-sit fejn attwalment hemm l-ITS, li issa se jgħaddi għand investituri privati għal prezz baxx.
Dwar l-involviment professjonali tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco, li ilu snin twal jaħdem bħala avukat tal-kumpanija li ħadet il-konċessjoni tal-art, Simon Busuttil iddikjara li mmedjatament iltaqa’ ma’ Mario De Marco u dan tal-aħħar għażel li jirrinunzja għall-kariga professjonali tiegħu f’dan il-każ.
Simon Busuttil qal li n-nies qed iħarsu lejn il-Partit Nazzjonalisti bħala l-uniku li jista’ jagħżel biex jagħti eżempju tajjeb. Għall-kuntrarju tal-Gvern ta’ Joseph Muscat, il-Partit Nazzjonalista jirreaġixxi immedjatament.
Kien ċar ukoll kontra l-korruzzjoni fejn ikkwota lill-Presidenti tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni ta’ min Iħaddem, lis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Voice of the Workers u l-ġurnalist Awstraljan li kien parti mill-koalizzjoni li kixfet l-iskandlu Panama Papers.
Il-ġurnalist Neil Chenoweth qal li d-dinja kollha qed tħares lejn Malta u tinnota li l-Gvern ta’ Joseph Muscat ma jimpurtahx mill-korruzzjoni u ma ħax azzjoni. Iżda taħt Gvern Nazzjonalista, ix-xena tkun differenti. U waqt li dawk qrib Joseph Muscat ikomplu jistagħnew, Simon Busuttil wiegħed ħidma biex il-ġid ta’ pajjiża jinqsam b’mod ġust.
//= $special ?>