Lokali

Malti arrestat fl-Albanija b’akkużi ta’ traffikar ta’ droga

Ronald Galea, Malti li għandu 45 sena, qed jinżamm arrestat fl-Albanija wara li nqabad fil-pussess ta’ għexieren ta’ pakketti b’madwar 36 kilogramma ta’ droga.

Galea kien se jħalli l-pajjiż meta nżamm mill-uffiċjali Albaniżi, u wara tfittxija nstab li fil-karozza kien qed iġorr 76 pakkett ta’ droga maħsuba li hi Kannabis moħbija fil-vettura tiegħu.

Il-Malti qed ikun investigat f’Tirana mit-Taqsima tar-Reati Serji fi ħdan il-Korp tal-Pulizija Albaniż.