Ftit tal-Minuti ilu wasal l-ewwel atleta tal-Maratona ta’ Malta li ntrebħet minn Mohammed Hajjy, hu wasal f’ħin ta’ sagħtej, wieħed u għoxrin minuta u sitt sekondi (02:21:06).
Fl-2013 Mohammed Hajjy rebaħ ukoll din il-maratona u dakinhar kiser ir-rekord tal-Maratona b’sagħtejn, 16-il minuta u sitt sekondi (2:16:06).
L-ewwel Malti li wasal hu Andrew Grech f’ħin ta’ sagħtejn, tmienja u għoxrin minuta u 17-il sekonda.
//= $special ?>