Lokali

RITRATTI: Illum il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista

Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi se ssir fid-Dar Ċentrali minn 12’il quddiem

Matul il-ġurnata, il-Partit Nazzjonalista qed jorganizza Maratona Ġbir ta’ Fondi, bħala parti mill-kampanja ‘Għad-Demokrazija u l-Libertà’, li bdiet b’attività f’Tas-Sliema u dimostrazzjoni nazzjonali fil-Belt Valletta.

Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi bdiet fid-Dar Ċentrali minn 12’il quddiem, u qed tinkludi wkoll open day tal-media tal-Partit, fejn in-nies mistiedna jattendu biex jaraw l-operat tal-media.

Għal donazzjoni b’telefonata:
51602003 – €10
51802011 – €25
51902050 – €50

Għal donazzjoni b’SMS:
50618928 – €6.99

Tista’ wkoll tagħti d-donazzjoni tiegħek online fuq is-sit: www.pn.org.mt/donazzjoni

Il-Maratona tal-llum se tkun qed tgħaqqad magħha wkoll il-proġett ‘Ejjew Nazzjonalisti’ li tnieda fil-ġimgħat li għaddew, u li fl-ewwel jiem tiegħu, diġà kien suċċess kbir. F’dan il-proġett, diversi persuni ssieħbu f’familji jew gruppi u qed jiġbru €500 biex, simbolikament, jixtru parti minn mosaic li se jkun qiegħed jitwaħħal fl-entratura tad-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà. Filfatt, il-Partit Nazzjonalista qed jistieden lin-nies jieħdu l-okkażjoni tal-llum, biex jingħaqdu f’familji u gruppi u jiġbru €500 biex jixtru parti minn dan il-mużajk.

Dawn il-fondi se jkunu qed imorru direttament għall-kampanja elettorali li jmiss.