Internazzjonali

Is-Sirja: Lura f’Palmyra wara l-okkupazzjoni mill-ISIS

L-Armata tas-Sirja stiednet lill-istampa biex tmur fil-belt ta’ Palmyra u tiġbed ix-xeni mill-inħawi storiċi wara li l-militar tal-pajjiż u l-alleati rnexxielhom jaħtfu lura din il-belt u l-madwar minn idejn it-terroristi tal-ISIS.

L-aħħar xeni miġbuda twasslu lid-dinja waqt it-tour li l-Armata Sirjana  organizzat, f’dawn is-sigħat, għall-membri tal-istampa li daru fost il-fdalijiet ta’ dan is-sit magħruf ma’ kulħadd bħala ġawhra tal-patrimonju dinji.

It-terroristi, ix-xahar li għadda, kienu qerdu l-faċċata tat-Teatru Ruman li jinsab fil-qalba tas-sit ta’ Palmyra u fil-preżent l-awtoritajiet Sirjani għadhom qed jevalwaw l-iżviluppi fl-inħawi, jiem wara li l-ISIS irtiraw miz-zona.