Lokali Saħħa

Attent minn dawn iż-żbib

Il-pakkett tal-iżbib li dwaru sar l-avviż

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi stqarrija qal li l-prodott ‘Golden Raisins’ tad-ditta ‘Country’ m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għas-sulphites, peress li tali addittiv jinsab fil-prodott imsemmi mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta.

Id-Direttorat qal li peress li ġie rrappurtat li l-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, id-Direttorat kien obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku. Sadanittant, intqal li l-kumpanija bdiet twaħħal lista ta’ ingredjenti fuq il-prodott imsemmi.

Il-pakkett tal-iżbib li dwaru sar l-avviż għandu n-numru tal-lot ‘1216-5665′ b’piż ta’ 200 gramma u bit-18 ta’ Diċembru bħala d-data tad-durabbiltà minima.