Lokali

Betsson Group jiċċelebra l-1000 impjegat f’Malta; il-kumpanija bdiet topera fl-2005

Betsson tiċċelebra l-1000 impjegat
Fl-ewwel ġurnata xogħol ma' Betsson Group tintlaqa' b'sorpriża

Blanca hi l-elf impjegata tal-Grupp Betsson, f’Malta, u dan il-grupp iċċelebrah b’mod mhux tas-soltu u li l-anqas Blanca ma kienet taf kif.

Dan hekk kif it-tfajla li hi Spanjola, kif waslet ix-xogħol, sabet lill-impjegati l-oħra jistennewha barra l-bini tal-kumpanija biex jagħtuha merħba mill-aqwa bħala l-elf impjegata.

Fl-ewwel kummenti tagħha Blanca qalet li ma kellix dubju li l-kumpanija titratta l-ħaddiema bl-aħjar mod imma żgur ma kinitx qed tistenna din is-sorpriża.

Minn naħa tagħha, Taina Makkonen, li hi l-Kap tar-Riżorsi Umani tal-kumpanija, qalet li Betsson Group ilu taħdem minn Malta fil-qasam ttal-igaming għal diversi snin mhux ħażin issa u l-grupp iħossu kburi li jimpjega elf impjegat li ġejjin minn madwar 45 pajjiż differenti inkluż Maltin. Dan minbarra li bħala kumpanija għandha sehem importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Taina Makkonen qalet wkoll li f’pajjiżna l-grupp sa mill-ftuħ fl-2005 sab koperazzjoni mill-awtoritajiet.

Il-kwartieri ta’ Betsson f’Malta hu l-aktar li jimpjega nies. Dan hekk kif il-Grupp għandu ħaddiema f’Londra f’Tallinn, fi Stokkolma, u f’Tibilisi.

Tags