B’gowl f’kull taqsima, Chelsea komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-Premier League Ingliż meta għelbu lil West Ham 2-1. It-tim ta’ Conte issa jinsab b’66 punt kontra s-56 punt ta’ Tottenham u l-55 punt ta’ Manchester City li iżda jridu jirkupraw logħba.
Chelsea fetħu l-iskor fil-25 minuta meta N’Golo Kante rebaħ ballun u qassam lejn EDEN HAZARD li f’kontrattakk qabad il-ballun, avvanza ħabbat il-ballun ma’ Pedro Rodriguez u b’kontroll fuq il-ġirja għeleb lil Randolph xutt fil-baxx.
It-tim ta’ Conte rdoppja l-iskor fil-51 minuta, meta minn azzjoni ta’ korner, daqqa ta’ ras b’lura ta’ Obiang, spiċċat fid-direzzjoni tal-iżmarkat DIEGO COSTA li b’kuxxtejh għeleb lil Randolph. West Ham skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fit-92 minuta b’xutt fil-baxx għar-rokna ta’ MANUEL LANZINI, iżda ma kienx għad fadal ħin biex isalvaw xi ħaġa mil-logħba.
//= $special ?>