Lokali

FILMAT: “Għal sekonda ma kontux tisimgħu bija fuq l-aħbarijiet” – Sewwieq ta’ mutur

Wallace qal li kien għaddej mill-Buskett u fid-daqqa u l-ħin kien se jittajjar minn karozza wara li allegatament kienet qed issuq bi traskuraġni għax kienet fuq il-mobile.
Post fuq il-profil ta’ Facebook ta’ Wallace Portelli

F’filmat li ttella’ fuq il-mezzi soċjali minn Wallace Portelli tidher karozza li kienet se tibqa’ dieħla u ttajjar lis-sewwieq tal-mutur. Wallace qal li kien għaddej mill-Buskett u fid-daqqa u l-ħin kien se jittajjar minn karozza wara li allegatament kienet qed issuq bi traskuraġni għax kienet fuq il-mobile.

Fuq Facebook, b’ton imbeżża’, Wallace kiteb li għadu qed jirtiegħed u li jirringrazzja lil Alla li ma kienx qed isuq xi trakk kbir għax jinsab ċert li l-impatt kien iħalli nies feruti.

Wallace saħaq li għalkemm qatt ma tella’ filmati ta’ dan it-tip fuq Facebook, stqarr li hemm bżonn li filmati bħal dawn jibqgħu jittellaw fuq il-midja soċjali sabiex titqajjem kuxjenza dwar is-sewqan fit-toroq speċjalment minħabba sewwieqa tal-mutur bħalu.

Filmat: Walace Portellu fuq Facebook