Minkejja li f’siġġu tar-roti u b’sieq prostetika, Noel Cacciattolo għal darb’oħra rnexxielu jagħmel b’suċċess il-Maratona ta’ Malta.
Noel għamel in-Nofs Maratona bis-siġġu tar-roti, iżda fl-aħħar ftit metri, qam minn fuq is-siġġu tar-roti u mexa sal-finish line.
Din mhijiex l-ewwel darba li Noel ipparteċipa f’maratoni. Bħal daż-żmien sena, Noel kien ħa sehem fil-Maratona ta’ Malta u NET News kien ippubblika filmat bil-vjaġġ kollu mill-bidu tal-maratona sal-finish line. Noel ħa sehem f’maratoni oħra, fosthom il-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu.
