Inċident li jinvolvi erba’ vetturi – Żewġ persuni għamlu xi ħin maqbuda f’vettura
Ħames persuni weġġgħu, tnejn minnhom gravi wara li lbieraħ filgħaxija kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan għall-ħabta tat-20.30.
B’kawża tal-impatt żewġ persuni għamlu xi ħin maqbuda f’vettura. Waqt li tfajla ta’ 23 sena mir-Rabat u mara ta’ 43 sena minn Pembroke sofrew ġrieħi gravi, it-tliet persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.
Fuq il-post issejħu tliet vetturi tat-tifi tan-nar, flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll ambulanza.
Persuni fuq il-post qalulna li għal bosta ħin, b’kawża ta’ dan l-inċident, kien hemm ħafna kommossjoni fil-madwar.
Ħaddiema tal-Enemalta issejħu fuq fil-post biex ineħħu l-periklu.
Filmat: Kurt Cauchi
//= $special ?>