Kultura Kurżitajiet Lokali

FILMAT: Waħda mill-‘Bond Girls’ tgawdi x-xenarju Malti

Maria Grazia Cucinotta f'Malta

L-attriċi popolari Taljana Maria Grazia Cucinotta tinsab Malta u ma naqsitx milli ddur il-pajjiż u tgawdi x-xenarju li joffru l-gżejjer Maltin.

Maria Grazia Cucinotta ħadmet numru kbir ta’ films Taljani, imma mal-udjenza internazzjonali hija magħrufa l-aktar għar-rwol tagħha fil-film mis-sensiela ta’ James Bond ‘The World Is Not Enough’, fejn kienet ħadmet il-parti ta’ Goulietta Da Vinci.

Cucinotta dehret ukoll fis-serje Amerikan ‘The Sopranos’ u anke fis-serje ‘The Simpsons’.

L-attriċi Taljana f’Għawdex
Cucinotta fl-irwol ta’ Giulietta Da Vinci f’wieħed mill-films ta’ ‘James Bond’