Il-bank tad-demm fuq Facebook għamel appell urġenti għad-demm.
Minn dak ippubblikat fuq il-paġna tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, hemm ħtieġa għad-demm ‘O Positive’ u ‘B Positive’.
Il-bank fakkar li ċ-ċentru jkun miftuħ mit-8 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ħadd. Min imur jagħti d-demm għandu jieħu miegħu il-kartà tal-identità.
Għalkemm l-appelli għall-għoti tad-demm isiru regolarment, il-pubbliku dejjem hu mħeġġeġ biex jagħti d-demm fuq bażi regolari u mhux biss meta jsir appell urġenti għad-demm. B’hekk, il-provvista tad-demm dejjem tibqa’ sostnuta.
L-għoti tad-demm huwa essenzjali għal eluf ta’ pazjenti fl-isptarijiet kollha madwar Malta u Għawdex. Kull ġurnata jkun hemm ħtieġa għal medja ta’ 50 borża demm.
//= $special ?>