Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest Claudia Faniello, illum iltaqgħet mal-Kap tal-PN Simon Busuttil.
L-iskop tal-laqgħa kien li l-Kap tal-PN jawgura lil Claudia l-ikbar suċċess għal waqt il-Eurovision Song Contest u fl-istess waqt flimkien tkellmu dwar l-aħħar preparamenti. Il-Kap tal-PN qal li bir-rebħa tagħha hi tat l-eżempju li min jippersisti bl-għan tiegħu jasal.
Claudia Faniello qalet li jaħdmu għad-diska hemm grupp dinamiku b’passjoni kbira. Qalet li wara 9 snin fuq il-palk tal-Malta Eurovision Song Contest tħossha ppreparata aktar minn qatt qabel u fuq kollox tħossha kburija li l-poplu għażel Breathlessly.
Claudia Faniello kienet akkumpanjata mill-Kap eżekuttiv tal-PBS John Bundy u mill-kompożituri tal-kanzunetta Breathlessly. Minn naħa tiegħu John Bundy qal li huma entużjasti mmens u l-għand jibqa’ li nagħmlu ġieħ lil pajjiżna, dan billi idealment nirbħu l-Eurovision Song Contest.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kultura Karl Gouder u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xandir Clyde Puli
Ma’ Net News Claudia Faniello tat kumment dwar f’hix waslu l-aħħar preparamenti għad-diska Breathlessly.
//= $special ?>