Il-Korea ta’ Fuq sparat erba’ missili ballistiċi fid-direzzjoni tal-Ġappun. Iżda wara vjaġġ ta’ madwar 1,000 kilometru dawn niżlu bla konsegwenza fil-baħar.
Tlieta minn dawn il-missili niżlu f’dik magħrufa bħala z-zona ekonomika esklussiva Ġappuniża.
L-indikazzjonijiet huma li dawn il-missili ma kienux sparati biex jinżlu fil-Ġappun imma aktar bħala twissija. Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ir-reġim ta’ Pyongyang ħedded li jispara missili bi ritaljazzjoni għall-manuvri militari mlaqma “Foal Eagle” bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel.
Manuvri li jsiru minħabba t-tħeddida reali li jkun hemm invażjoni mill-Korea ta’ Fuq.
//= $special ?>