Skont studju mħejji minn xjentisti, ġie ppruvat li jekk trid tikkoċentra iktar f’dak li qed tagħmel għandek tixrob tazza kafè mocha b’ħalib sħiħ. Dan it-tip ta’ kafè huwa taħlita bejn kafè u ħalib sħun biċ-ċikkulata.
Fil-fatt, ix-xjentisti sabu li filwaqt li l-kafè jtik ħafna enerġija, il-ħalib sħun taċ-ċikkulata jgħin sabiex titnaqqas l-ansjetà. B’hekk, it-tnejn f’daqqa huma l-aqwa riċetta sabiex persuna ttejjeb il-konċentrazzjoni tagħha.
Ix-xjentisti minn żewġt universitajiet fl-Amerika qalu dan wara li għamlu esperiment ta’ sena sħiħa dwar kif xarbiet sħan jaffetwaw lill-bniedem. Fl-esperiment, persuni differenti ingħataw tliett xarbiet differenti; ħalib sħun biċ-ċikkulata, kafè bil-ħalib sħun biċ-ċikkulata, kafè waħdu u xarba oħra li ma fijiex la kafè u lanqas ħalib taċ-ċikkulata, mingħajr ma kienu jafu liem kienu qed jixorbu.
Sabiex jikkalkulaw il-livell ta’ konċentrazzjoni tan-nies li ħadu sehem f’dan l-eżerċizzju huma kienu murija filmat ta’ ittri tal-alfabett u riedu jinnotaw kull darba li tidher l-ittra ‘X’ wara l-ittra ‘A’. Apparti minn hekk huma kellhom ukoll jiġbdu l-attenzjoni ta’ min kien jeżaminahom kull darba li jkun hemm xi numru nieqes mis-sekwenza li bdew juruhom.
Dan ir-riżultati ħarġu mill-ġutnal BMC Nutrition.
//= $special ?>