Raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta wettaq serqa f’ħanut fir-Rabat aktar kmieni wara nofsinhar.
Filfatt, għall-ħabta tas-12.55 il-pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa f’ħanut fi Triq San Pawl ir-Rabat. Ir-raġel li wettaq is-serqa u li kien liebes hoodie, rnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Fil-ħin tas-serqa fil-ħanut kien hemm impjegata li għandha 23 sena u li fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
//= $special ?>