Il-Pulizija fl-Istat Indjan ta’ Karnataka arrestaw tliet persuni b’rabta ma’ sagrifiċċju uman ta’ tifla ta’ 10 snin.
Skont il-Pulizija, it-tifla nqatlet fuq ordni ta’ saħħar biex ifejjaq raġel paralizzat.
Żewġ aħwa tar-raġel, mara u raġel, kienu arrestati bl-akkuża li ħatfu u qatlu t-tifla.
Il-Pulizija stqarret li s-saħħar qal lil dawn l-aħwa li dan is-sagrifiċċju uman kien l-uniku mod kif setgħu jneħħu s-saħta li kien hemm fuq ħuhom.
Fl-2016, fl-Istat Indjan ta’ Karnataka kien hemm ħames każi ta’ sagrifiċċju uman; imma l-osservaturi qalu li aktarx hemm iżjed peress li l-Pulizija tniżżel ħafna minnhom bħala suwiċidju jew qtil imma mhux sagrifiċċju uman
//= $special ?>