Lokali

Jitħabbru r-rebbieħa tal-konkors ta’ kitba għaż-żgħażagħ 2016

Antoinette Borg u Matthew Borg huma r-rebbieħa tal-konkors

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbru r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016.

Antoinette Borg bil-manuskritt Żejt fil-Wiċċ u Matthew Schembri bil-manuskritt Stessi. Huma rrebbieħa ta’ dan il-konkors. Antoinette Borg hija l-kittieba ta’ Fittixni filwaqt li Matthew Borg kien wieħed mill-parteċipanti fl-attività Taħżiż imtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tal-Malti fl-Università.

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera.

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom.

Żewġ rebbieħa jintagħżlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħlhom jiġi ippubblikat.