Lokali Qorti

Kiser il-liberta’ proviżorja wara li ħebb għall-Pulizija fil-Qorti

Il-Qorti tal-Maġistrati ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja fil-konfront ta’ raġel wara li ħebb għal żewġ pulizija fil-bini tal-Qorti.

Waqt is-smiegħ ta’ kawża separata fil-21 ta’ Frar li għadda fejn kien wieħed mill-partijiet, Antonio Briffa ta’ 38 sena, residenti Ħal Luqa, ħebb għall-Ispettur Hubert Cini fejn u għall-Kuntistabbli Brentan Gilford fejn ikkaġunalu ġrieħi kif ukoll fuq il-Kuntistabbli Clint Bohm, liema inċident seħħ fil-bini tal-Qorti. Hu kien akkużat ukoll li ħebb għal martu Samantha Briffa u l-Avukat tagħha Elaine Gingell Littlejohn.

Fid-digriet tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud tenna li l-pulizija u l-uffiċċjali l-oħra inkarigati mill-ordni fil-pajjiż għandhom jingħataw il-protezzjoni tal-Qrati għaliex huwa fl-interess tas-soċjeta’ li l-pulizija jitħallew iwettqu l-ħidma tagħhom b’serenita’.

Aktar u aktar meta dan l-inċident seħħ fil-bini tal-Qorti fejn tkun amministrata l-ġustizzja.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg filwaqt li Antonio Briffa hu assistit mill-Avukat Alfred Abela.