Sport

L-ewwel vjaġġ ta’ Chapecoense wara t-traġedja fil-Kolombja

Il-plejers u l-istaff fi triqithom lejn il-Veneżwela
It-tim Brażiljan se jkun qed jaffronta lil Zulia FC fil-Copa Libertadores

It-tim Brażiljan ta’ Chapecoense għamel l-ewwel vjaġġ tiegħu barra l-pajjiż wara t-traġedja tal-ajru li seħħet ftit tax-xhur ilu u li fiha kienu mietu kważi l-plejers kollha tat-tim.

Din hija l-ewwel titjira internazzjonali wara dak l-inċident ikrah, li fih salvaw biss 6 persuni.

Total ta’ 23 persuna – plejers u staff – qabdu din it-titjira li l-ewwel waqfgħet il-Panama, u wara b’ajruplan ieħor baqgħu sejrin lejn il-Veneżwela.

Għada, it-tim Brażiljan se jkun qed jaffronta lil Zulia FC fl-ewwel partita tal-Copa Libertadores 2017.