Lokali

Marlene Farrugia tistaqsi x’kien se jikxef il-kuntrattur tal-proġett tal-ITS

L-Iżvilupp fuq l-Art tal-ITS f'Pembroke

Id-deputat Marlene Farrugia għamlet dikjarazzjoni fil-parlament fis-seduta tal-lejla li fiha irriferiet għall-kontroversja dwar il-proġett tal-ITS u t-theddid li sar fuq il-PN u staqsiet x’kien se jikxef dan il-kuntrattur ewlieni fil-pajjiż li kieku ma ngħatax dak li ried mingħand il-gvern.

Fil-ħin tal-istqarrijiet parlamentari d-deputat Marlene Farrugia għamlet riferenza għall-kuntrattur tal-proġett u iddikjarat li l-Ħadd li għadda ġrat xi ħaġa fil-pajjiż fejn kuntrattur ewlieni għamel reazzjoni wara li l-Oppożizzjoni talbet investigazzjoni dwar l-investiment li se jsir f’Pembroke fuq l-art tal-ITS.

Hi staqsiet x’kien se jikxef dan il-kuntrattur li kieku l-gvern ma taħx dak li kien qed jistenna.

Nhar il-Ħadd li għadda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni qed tinsisti li l-kuntratt bejn il-Gvern u l-ITS dwar il-proġett f’Pembroke jkun investigat mill-Awditur Ġenerali.