Raġel ta’ 46 sena minn Birżebbuġa qed jinżamm taħt arrest wara li kien mixli quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia li stupra barranija fil-karozza tiegħu wara li kienu qed jixorbu f’bar.
Ir-raġel kien mixli mill-Ispettur Francis Zahra li wettaq dan ir-reat fl-4 ta’ Marzu, f’xi ħin bejn it-3.00 a.m. u l-11.00 a.m., f’Ħal Far.
Minbarra li wettaq l-istupru huwa kien akkużat wkoll li ħebb għaliha u kkaġunalha ferita ħafifa u li offenda l-pudur jew il-morali b’għemil żieni f’post pubbliku.
It-tfajla allegat mal-Pulizija li wara li kienu qed jixorbu fil-bar huwa offrilha li jeħodha d-dar imma spiċċa ħadha f’Ħal Far fejn allegatament stupraha u ħebb għaliha.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-Ispettur Francis Zahra qed imexxi l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Jean Carl Farrugia deher għall-akkużat. Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest
//= $special ?>