Lokali

RITRATTI: Katavru ta’ mara jinstab f’Marsalforn; każ meqjus suspettuż

Il-Pulizija joħorġu l-katavru tal-mara
Il-pulizija qed tqis il-mewta tagħha bħala waħda suspettuża.

Ftit tal-ħin ilu għadha kemm instabet mara mejta f’Marsalforn.

Il-mara għandha 65 sena u l-pulizija qed tqis il-mewta tagħha bħala waħda suspettuża.

Minn informazzjoni li għandna, jidher li l-mara nstabet f’appartament fi Triq il-Qolla s-Safra f’Marsalforn. Il-pulizija jinsabu fuq il-post fejn instab il-ġisem bla ħajja tal-mara u bdiet tinvestiga dan il-każ.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.