Lokali Turiżmu

Skontijiet fuq 23 destinazzjoni tal-Air Malta

L-Air Malta qed tniedi skont promozzjonali ieħor għal żmien limitat fuq it-titjiriet kollha tagħha minn Malta bi prezzijiet ‘one-way’ li jibdew minn Eur 35 biss inklużi t-taxxi u tariffi oħra. Qegħdin jiġu offruti 23 destinazzjoni għall-ivvjaġġar bejn it-Tlieta, 7 ta’ Marzu u s-7 ta’ Lulju 2017.

Fi stqarrija l-Air Malta qalu li din l-offerta speċjali se ddum biss għal 72 siegħa, mit-Tlieta, 7 ta’ Marzu fid-9:00am sal-Ġimgħa l-10 ta’ Marzu fit-8:59am. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit web tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, miċ-ċentru telefoniku fuq +356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli fuq titjiriet lejn/minn Amsterdam, Berlin, Birmingham, Bristol, Brussell, Katanja, Düsseldorf, Frankfurt, Londra (Heathrow u Gatwick), Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi (Orly u Charles de Gaulle), Praga, Ruma, Palermo, Vjenna u Zurich.

Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit www.airmalta.com, jew www.facebook.com/AirMalta/.