Rapport: Kenneth Vella
Is-sitt laqgħa tal-istaġun fuq maratona ta’ ħdax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott, saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Tnejn minn dawn it-tiġrijiet kienu semifinali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Barra dawn is-semifinali, saret ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m u li ntrebħet mid-debuttant Franċiż Tonio Du Vivier ta’ Charles Camilleri. Dan is-sewwieq spiċċa l-aħjar wieħed bi tliet rebħiet.
Sittax kienu ż-żwiemel li pparteċipaw fit-tiġrija Premier. Hawnhekk matul l-ewwel dawra il-kmand alterna bejn diversi żwiemel sakemm kien id-debuttant Franċiż Tonio Du Vivier (Charles Camilleri) li mar quddiem f’nofs id-distanza.
Dan iddomina l-aħħar parti tat-tiġrija fejn irnexxielu jaqsam il-linja finali l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ madwar seba’ tulijiet minn Tennis d’Anjou (Christian Xerri) u Sephiro Flam (Clint Vassallo). Cummin (Rodney Gatt) daħlet fir-raba’ pożizzjoni. L-ewwel rebħa f’pajjiżna għal Tonio Du Vivier tasal f’medja ta’ 1.17.4” fil-kilometru.
Miż-żewġ semifinali tal-klassi Gold, tnax-il żiemel għaddew għall-finali. Fid-dritta finali tal-ewwel waħda, Tempo Boy (Clint Vassallo), li kien għal ħafna metri quddiem, ma seta’ jagħmel xejn quddiem il-qawwa tal-favorit Supreme De Corday (Patrick Spiteri). Il-Franċiż ta’ Spiteri rnexxielu jieħu t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta b’Timoudy De Littry (Paul Galea), Tom De Grez (Michael Ellul), Zalgado Transs R (Nicholas Bonello) u Quartz De Gautiers (Cliferty Calleja) jidħlu warajhom f’dik l-ordni.
It-tieni semifinali kienet ikkaratterizzata minn taqtigħa eċċitanti bejn ħames żwiemel matul l-aħħar mitt metru tagħha. Eventwalment kien il-kwotat Remain Garbo (Charles Camilleri) li ħa t-tielet rebħa konsekuttiva u minn daqstant dehriet f’pajjiżna u quddiem Ubu Du Metz (Rodney Gatt) u Livi Cantona (Mario Fenech). Printemps De Gaia (Johann Axisa), Mad Neo (Noel Baldacchino) u Uther Paradise (Julian Farrugia) kienu l-aħħar żwiemel li għaddew għall-finali ta’ dan il-kampjonat.
Il-laqgħa tal-bieraħ inkludiet ukoll żewġ tiġrijiet normali mill-istess klassi. Fl-ewwel waħda, Ivan Bilocca wassal lill-Franċiż Turbot De Renier biex jieħu l-ewwel rebħa tas-sena wara li fid-dritta finali qabeż lil The Candyman (Michael Sultana). Kif kien mistenni, fit-tieni waħda, il-favorit Universal Charm (Noel Baldacchino) ma falliex milli jakkwista t-tielet rebħa minn daqstant ħarġiet ġewwa Malta. Dan kien għal ħafna ħin quddiem u fl-aħħar metri xejjen l-isfida tal-Iżvediża Warica (Rodney Gatt).
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Coup De Vent (J. Axisa) Ħin – 4.10” (1.19.6”) 2. Belle Ludoise (N. Baldacchino) 3. Simb Tyrant (F. Tanti) 4. Enjos TS (R. Gatt)
II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Querby Du Gite (N. Barbara) Ħin – 4.09.4” (1.19.4”) 2. Qumran De La Motte (F. Cassar) 3. Bouquet Des Champs (K. Mifsud) 4. Tango Argentin (M. Ellul)
III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Trytocatchme (C. Camilleri) Ħin – 4.11.2” (1.20”) 2. Capac Boko (D. Hili) 3. Tresor De Quesny (A. Farrugia) 4. Paolin De Bannes (N. Baldacchino)
IV Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Roc Magister (K. Axisa) Ħin – 4.11” (1.19.9”) 2. Rex Rose (R. Magro) 3. Panda Des Fleches (C. Cassar) 4. Titan Des Tinques (R. Gatt)
V Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Turbot De Renier (I. Bilocca) Ħin – 4.06.8” (1.18.6”) 2. The Candyman (M. Sultana) 3. Tenor Courtamblay (R. Scicluna) 4. Salut Franbleu (B. Hili)
VI Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Reveal Champ Blanc (T. Cauchi) Ħin – 4.11.9” (1.20.2”) 2. Quozak Prior (R. Magro) 3. Udon d’Occagnes (T. Demanuele) 4. Unique De Chanjac (F. Cassar)
VII Tiġrija Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Sultan De Renier (P. Spiteri) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Tempo Boy (C. Vassallo) 3. Timoudy De Littry (P. Galea) 4. Tom De Grez (M. Ellul) 5. Zalgado Transs R (N. Bonello) 6. Quartz De Gautiers (C. Calleja)
VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Universal Charm (N. Baldacchino) Ħin – 4.09.1” (1.19.3”) 2. Warica (R. Gatt) 3. Solide Du Jayle (T. Cauchi) 4. Sambuca Knick (C. Camilleri)
IX Tiġrija Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Tonio Du Vivier (C. Camilleri) Ħin – 4.03.1” (1.17.4”) 2. Tennis d’Anjou (C. Xerri) 3. Sephiro Flam (C. Vassallo) 4. Cummin (R. Gatt)
X Tiġrija Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m.1. Remain Garbo (C. Camilleri) Ħin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Ubu Du Metz (R. Gatt) 3. Livi Cantona (M. Fenech) 4. Printemps De Gaia (J. Axisa) 5. Mad Neo (N. Baldacchino) 6. Uther Paradise (J. Farrugia)
XI-il Tiġrija Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Evisir (R. Magro) Ħin – 4.09.2” (1.19.4”) 2. Lajos Bellan (K. Mifsud) 3. Tsar Turgot (M. Desira) 4. Tsar Nay (C. Gerada)
//= $special ?>