Alan da Silva Souza ta’ Balzan FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2017. Il-plejer offensiv Brażiljan, li qed jilgħab fit-tieni staġun tiegħu ma’ Balzan, skorja gowl eċċellenti li ta r-rebħa kontra Ħamrun Spartans. Dakinhar hu kien irċieva l-ballun fuq in-naħa xellugija tal-kaxxa mingħand Alfred Effiong, b’mod preċiż skorja, bil-ballun jolqot il-mimduda qabel jidħol fix-xibka.
Da Silva Souza niżżel ismu wkoll fost l-iskorers ta’ Balzan fir-rebħa kbira tagħhom ta’ 7-1 fuq Mosta b’xutt mill-qrib fit-73 minuta. Dan huwa t-tieni unur individwali għall-Brażiljan wara li kien diġà rebaħ dan l-unur ukoll f’Jannar tal-2016.
Bernard Azzopardi, il-Maniġer tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Frar 2017 lil Alan da Silva Souza li għażel lil ALS (Malta) bħala l-organizzazzjoni tal-karità li se tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.
//= $special ?>