Lokali

Bank of Valletta jassigura li jkompli jiġġieled il-frodi mill-ATMs

Il-Bank of Valletta assigura lill-klijenti tiegħu li se jkompli josserva u jieħu l-miżuri ta’ sigurtà kollha neċessarji biex jipproteġi u jħares l-interessi tal-klijenti tiegħu b’rabta mal-frodi mill-ATMs.

L-istqarrija toħroġ l-għada li żewġ ċittadini Rumeni b’indirizz f’Malta mhux magħruf, tressqu l-Qorti akkużati fost oħrajn li serqu b’iktar minn €10,000 għad-danni tal-banek HSBC, Bank of Valletta u APS.

Bank of Valletta fl-istqarrija jgħid li r-Rumeni tressqu l-Qorti grazzi għall-koordinazzjoni mal-Pulizija, li fost l-oħrajn użaw kameras tas-sigurtà biex individwaw lill-persuni li permezz ta’ apparat serqu l-identità ta’ madwar elf klijent.

Il-Bank of Valletta kkonferma li li l-ATMs kollha tal-bank qed jaħdmu b’mod normali u li s-servizz offruti minnu fil-fergħat u l-ATMs kollha ma kienx affettwat.