Futbol Sport

Bendtner jingħaqad ma’ Rosenborg

Nicklas Bendtner meta kien ingħaqad ma' Nottingham Forest

Nicklas Bendtner se jkompli l-karriera tiegħu fin-Norveġja hekk kif ingħaqad ma’ Rosbenborg.  Is-suq tat-trasferimenti fin-Norveġja jibqa’ miftuħ sat-tmiem ta’ Marzu, bil-plejer Daniż jagħmel biss sitt xhur mat-tim ta’ Championship Nottingham Forest.

Bendtner kien ingħaqad ma’ Nottingham Forest f’Settembru li għadda wara li kien spiċċalu l-kuntratt minn ma’ Wolfsburg, iżda fl-2017 ma lagħbx darba mill-bidu. Mal-klabb Ingliż, l-attakkant ta’ 29 sena skorja żewġ gowls fi 17-il logħba, iżda kien żvela li reġa’ beda jitħarreġ mat-tim wara li kien weġġa’ l-hamstring.

B’dan it-trasferiment, Bendtner se jkun qed jittama li jsib l-istess forma bħal meta kien ma’ Arsenal. “Għadni mhux espert fil-futbol Norveġiż, imma naf li Rosenborg hu klabb stabbli li joħroġ l-aqwa mill-plejers.”

Nottingham Forest jinsabu sitt punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni u llejla jilagħbu kontra Brentford fejn se jkunu qed ifittxu t-tieni rebħa konsekuttiva wara s-Sibt li għadda għelbu 3-0 lil Brighton.