Lokali

Filmat: Ħolma ta’ missier li qed imut issir realtà – bintu tiżżewweġ fl-Isptar Mater Dei

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Koppja li kellhom jiżżewġu fit-18 ta’ Marzu antiċipaw id-data taż-żwieġ tagħhom frott il-biża’ li missier it-tfajla, li jinsab rikoverat f’qagħda kritika fl-isptar Mater Dei ma jwassalx sa dak iż-żmien.

Ħabbret dan Dyna Spiteri, qariba tal-għarusa l-għada li tellgħet post fuq il-profil ta’ Facebook tagħha sabiex tagħmel appell għall-għajnuna.

L-appell mill-ewwel intlaqa’ u fi żmien qsir instabet libsa għall-għarusa, persuni biex jieħdu l-filmati u ritratti u oħrajn li ħadu ħsieb jiddekoraw is-sala fost l-oħrajn.

Emozzjonata l-għada ta’ din iċ-ċerimonja sinifikattiva, Dyna Spiteri, vlogger rinomata li kisbet popolarità b’filmati dwar il-make up u s-sbuħija, irringrazzjat lil dawk kollha li kellhom sehem f’din iċ-ċerimonja.