Lokali

FILMAT: Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li talab il-Kummissarju tat-Taxxi biex jinvestiga l-każ

L-ewwel ċirku mix-xellug, Ivan Portelli, it-tieni ċirku, Silvio Debono
Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li talab il-Kummissarju tat-Taxxi biex jinvestiga l-każ

Il-Każ tas-safra ta’ Silvio Debono u l-uffiċjal tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni

Wara li kien żvelat li nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar Silvio Debono mar barra minn Malta biex jixtri karozza Maserati u miegħu ħa lil Ivan Portelli li jahdem fl-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fil-Furjana bħala direttur/amministrazzjoni għad-Dwana, il-VAT u l-Inland Revenue, issa l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar ma’ Net News li Portelli qed ikun investigat mill-Kummissarju għat-Taxxi Interni.

L-aħbar dwar ir-rabta bejn Silvio Debono u Ivan Portelli kienet żvelata f’artiklu mill-gurnalista Daphne Caruana Galizia.

Eżatt wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-Gvern Laburista kien ħatar lil Ivan Portelli bħala Direttur tal-Operazzjonijiet tad-Dipartiment tal-VAT. Hu żamm dik il-kariga sa Diċembru li għadda meta tmexxa għall-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxa fil-Furjana bħala direttur/amministrazzjoni għad-Dwana, il-VAT u l-Inland Revenue.

F’telefonata li saret minn Frank Psaila, il-preżentatur tal-Programm Iswed fuq l-Abjad fuq Net Television (ara l-filmat hawn fuq),  Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ikkonferma li Ivan Portelli jaħdem fl-amministrazzjoni tat-taxxa u li se jittieħdu passi..

 

Il-Programm Iswed fuq l-Abjad tal-Erbgħa se jkompli jsegwi dan il-każ.

L-artiklu ta’ Daphne Caruana Galizia li żvela dan il-każ